TYPOLOGIES

Cultural

+ 2
DIFFICULTY

MIN. AGE

18 years

1065

Żmien il-Festi Fid-Dolomiti

Noqogħdu f'wied jismu Val di Fossa fir-raħal ta' Soraga fi Trentino-Alto Adige. Ġita ideali għall-antani, għall-familji bit-tfal, gruppi tat-tgħatagħ u għal dawk kollha li jħobbu xenarji mill-isbaħ bojod silġ!

Nota: Din il-ġita tiġi offruta wlroll Lil dawk l-indvidwi jew familji li jixtiequ jgawdu dan il-post meraviljuż waħedhom u/jew f' dati differenti minn dawn imsemmijin hawn.

Il-Ħadd 2 ta' Jannar

Il-grupp jinġabar fl-ajruport fis-l pm. Fit- 3:05pm naqbdu titjira tà sagħtejn mar-Ryanair u naslu Treviso fl-5:05pm. Transferiment dirett bil-kowċ lejn Val di Fassa. Naslu, nieħdu l-kmamar u nieklu flimkien.

lt-Tnejn 3 ta' Jannar

Ir-raħal żgħir tà Soraga huwa probabbilment wieħed mill-eqdem madwar Val di Fassa. Hawnhekk tistà tgawdi ġranet tà rilassament fil-beraħ, b'veduti ta' muntanji majestużi 'l bogħod mill-ħajja mgħaġġla tà bliet kbar u t-turiżmu tal-massa. Ski bus b'xejn tieħdok minn Soraga għaż-żoni tal-iski tal-madwar li huma parti miċ-ċirkwit tad-Dolomiti Superski. Il-gwida jlaqqakom mal- persuna li ser tagħmlilkom il-programm tà fuq il-muntanji. Hemm ukoll attivitajiet għal dawk li mhumiex ser jippruvaw l-iskiing.

It-Tlieta 4 ta' Jannar

Illum ser inżuru Trento, belt tassew antika, ħelwa u kompatta. Iċ-ċentru tal-belt huwa mingħajr traffiku, għalhekk wieħed igawdi mixja komda madwar il- ostijiet ewlenin. Il-belt il-qadima ġiet żviluppata madwar il-pjazza ewlenija - Piazza Duomo, imżejna b' xeni miżbugħa fuq il-ħitan li ġejjin minn xeni Mitoloġiċi Griegi u huma t-taqbila perfetta mal-funtana ddedikata lil Nettunu fiċ-ċentru tal-pjazza. Ma jonqosx li nżuru l-Kastell Buonconsiglio li nbena fit- 3-il Seklu, il-Knisja ta' Santa Marija Maggiore, il-Katidral tà San Vigilio jew kif inhu msejjaħ id- Duomo tà Trento, il-pjazez differenti, u fl-aħħar u mhux l- inqas il-Mużew tax-Xjenza MUSE li sar lura fl-2013 mill-arkitett Renzo Piano biex juri u jaqsam ir-relazzjoni bejn il-bniedem u n-natura mal-viżitaturi. Lura lejn Soraga.

L-Erbgħa 5 ta' Jannar

Nitilqu bil-kowċ lejn il-belt ta' Rovereto li tinsab fin-nofsinhar ta' Trento. Din il-belt żgħira għandha ħafna karatteristiċi, u inti u timxi fit-toroq tagħha tibda tħoss il-preżenza tal-familji li ħadmu biex iżommu l-artiġjanat tagħhom minn ġenerazzjoni għal oħra. Ma jonqosx li nżuru l-Knisja tà San Mark fejn il- rodigju mużikali Mozart ta l-ewwel kunċert Taljan tiegħu fis-26 tà Diċembru 1769! Għal min iħobb l-arti kontemporanja u moderna jistà jżur il-Mużew Mart (dħul extra) li joffri wirjiet temporanji, attivitajiet edukattivi kif ukoll kollezzjoni permanenti. Għal min iħobb il-kafe, ser immorru f 'waħda mill- aħjar fabbriki tal-inkaljar Cafe Bontadini. Fi triqitna lejn Soraga nieqfu Saverio di Castel Dante fejn hemm ħafna fdalijiet mill-Ewwel Gwerra Dinjija u naraw qanpiena mill-1965 jisimha Maria Dolens (Il-Verġni Marija l-Imnikkta), it-tieni l-akbar qanpiena li titbandal fid-dinja wara l-Qanpiena tà San Pietru tal-Katidral tà Cologne. Din tindaqq kull filgħaxija b'tifkira tal-mejtin fil- werer tan-nazzjonijiet kollha. Għal din ir-raġuni, Rovereto hija magħrufa wkoll bħala l-Belt tal-Paċi.

IL-PREZZ ta'€1065 Half Board (għal kull persuna ġo kamra doppja) jinlkudi:

• It-titjira bir-Ryanair Lejn Treuiso u Lura.
• Hand Bag (40 x 30 x 20ċm), u bagalja ta' 20kg (checked in).
• 5t'iljieli ġo Lukanda f'Soraga di Fossa Soggiorno Don Orione
• Kolazzon u L-ikla ta' filgħaxija kulljum
• Gwida Maltija
• Airport Transfers
• L-estwrsjonijiet KOLLHA u L-kowċ
• L-lnsolvency fee u t-taxxi kollha
• Mhux inlużii L-attivitajiet konnessi ma skiing u l-apparat, L-entraturi ta'
kastelli w mużewijiet.
Persuna waħeda f'kamra: ................. €1150
Persuna f'kamra ta' tlieta: ................. €1015

Il-Ħamis 6 ta' Jannar

Inżuru Bolzano, li hi l-kapitali tat-T irol tas-Sud u l-ikbar belt ta' dan ir-reġjun b' I00 elf ruħ li kwart minnhom jitkellmu bil-Ġermaniż. Fil-mużew tal-belt jinstab għall-wiri l-ġisem tà Otzi, raġel li għex xi 5,300 sena ilu u li nstab fl-1991 iffriżat fis-silġ tal-Alpi Otztal. Din hija belt bl aħjar kwalità tà ħajja fl-Italja. Huma ftit in-nies bla xogħol, filwaqt li mimlija studenti li jiġu fiha ħalli jistudjaw il-lingwi. Għalkemm hija belt Taljana, għandha t-togħma tal- Awstrija. Wara nħallukom liberi għall-aħħar qadjiet qabel ma ninżlu lura Malta.

Il-Ġimgħa 7 ta' Jannar

Wara l-kolazzjon nagħbu l-bagalji fil-kowċ u mmorru ġo 'centro commerciale' qrib l-ajruport tà Venezja-Treviso fejn wieħed ikun jistà wkoll jiekol xi ħaga. Nitilqu b'titjira mar-Ryanair fl- 3:55pm u naslu Malta fil-5:50pm.

Possibiltà li tibqà sal-Ħadd 9 ta' Jannar f'Venezja; jekk interessat/a kellimna.