lnżuru s-swieq ta' Munich, Augsburg, Altoltting, Salżburg u l-muntanji bojod f'Berchtesgaden u Marktl fejn twieled Papa Benedittu XVI.
Cultural
10 Years
lnżuru s-swieq ta' Munich, Augsburg, Altoltting, Salżburg u l-muntanji bojod f'Berchtesgaden u Marktl fejn twieled Papa Benedittu XVI.
Ninġabru l-ajruport fis-7am mnejn nitilqu lejn Munich mal-Airmalta fid- 9:25am u naslu fil- Il :4Sam. Wara li nissetiljaw fil-lukanda, nibqgħu sejrin lejn iċ-ċentru ta' Munich. Dawra fiċ-ċentru. Karlstor, Neuhauserstrasse,
Marienplatz, Am Tal u Isartor. Ingawdu ftit ilħwienet armati għall-Milied. Filgħaxija noħorġu ħalli nisimgħu parti mill-mużika tal-Milied li tindaqq 'live' mill-gallarija tat-'townhall' fil-pjazza kuljum bejn il-S:30pm u s-6pm. Wara mmorru nieklu fiċ-ċentru. Inżuru l-'Christmas Market' u l-pjazza tal-palazz, bil-bini sabiħ talposta u bit-teatru. Jekk jibqgħalna ħin, immorru għall-birra u l-mużika fil-Hofbrauhaus.
Wara l-kollazjon nitilqu lejn Altotting. Din il-belt żgħira hi l-aktar imsemmija għall-Gnadenkapelle (Il-Kappella tal-Grazzja), u hi waħda mis-Santwarji li jżuru l-aktar innies tal-Ġermanja. Kappella bi 8'iġnub li fiha hemm meqjuma statwa tal-Madonna li skont it-tradizzjoni, fl-l 489 tifel ta' 3 snin li għereq fix-xmara, reġa' ħa l-ħajja meta ommu qegħditu fuq l-altar maġġur quddiem din l istatwa talMadonna. Xterdet malajr l-aħbar ta' dan il-miraklu u l-post sar ċentru ta' devozzjoni lejn il-Madonna. Il-kappella ġiet imkabbra u mdawra b'kuritur imsaqqaf. Ikollna l-ħin biex nitolbu quddiem il-Madonna u nisimgħu quddiesa. Postijiet oħra sbieħ ta' min jarahom huma l-iStiftskirche mibnija fis-Seklu 16 u l-Bażilika Barokka ta' kobor immens mibnija fil-bidu tas-Seklu 20. Nieqfu fit-toroq sbieħ u mdawla ta' Altotting. Fil-pjazza kbira tal-knisja li qiegħda fiz-zona pedonali insibu wieħed mill-isbaħ Swieq tal-Milied li tista' tara fil-Ġermanja. Immorru fir-raħal qrib, Marktl Am Inn fejn twieled Papa Benedittu XVI fis-16 t'April 1927 u fejn ġie mgħammed dakinhar stess. Qiegħda fuq ix-xmarra Inn u għandha popolazzjoni ta' madwar 4,000 ruħ. Inżuru ċ-ċentru u l-postijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ħajja tal-Papa.
Illum sejrin Augsburg li qiegħda xi 40 km il bogħod minn Munich. Hi belt antika, imwaqqfa fis-sena l S Q.K, imsemmija għal Augustus, Imperatur Ruman. It-triq il-priċipali, dritta, inbniet mir-Rumani. Tul din it-triq sabiħa
hemm palazzi, knejjes, funtani u bini kbir. Għandha żona pedonali b'ċentru tax-xiri ffrekwentat ħafna anke minn nies ta' Munich minħabba prezzijiet irħas. Għandha kwartier imsejjaħ Fuggerei, mibni xi tlett mitt sena'ilu biex fih, fi djar żgħar, jgħixu l-anzjani tal-belt. Hemm ħafna x'tara. Fis-6pm mal-faċċata sabiħa tas-'City Hall' jidhru 1-24 anġlu li jiffurmaw il-Kalendarju ta' qabel il-Milied. Mija u ħamsin kamra żgħira tal-injam ibiegħu eluf ta' affarijiet
oriġinali li jfakkruk fil-Milied u jżejnu l-pjazza; tletin minnhom b'ikel tajjeb u tradizzjonali - wurst, dumpling, sandwiches u patata, qastan mixwi u 'crepes' flimkien ma' birra u nbid bilħwawar. Wara mmorru għall-Festival tax-xitwa
tas-Suq Tollwood fejn insibu aktar minn 200 ħanut ta' xogħlijiet u snajja' internazzjonali, kif ukoll ikel organiku mid-dinja kollha. Numru ta' wirjiet tat- teatru, mużika, eċċ. li għal ħafna minnhom tista' tidħol b'xejn.
• It-titjira bl' Airmalta għal Munich u lura.
• Hand Bag (40 x 30 x 20ċm), u bagalja ta' 23kg (chectled in).
• 5 t'iljieli ġo lukanda fi Munich
• Kolazzjon kuljum
• Gwida Maltija
• Airport Transfers
• L-estlursjonijiet KOLLHA u l-kowċ
• L-lnsolvency fee u t-taxxi kollha
• Mhux inklużi l-entraturi ta' Palazzi, kastelli, żoo u mużewijiet tal-għażla tagħkom.
Persuna waħeda f'kamra: ................... €990
Persuna f'kamra ta' tlieta: ................... €750
Ġurnata ddedikata għall-belt ta' Munich, ilkapitali tal-Bavarja, waħda mill- bliet l-aktar importanti fil-Ġermanja. Ġenna - għal min jixtieq jagħżel u jixtri: ħwienet mimlijin b'kull ma tixtieq. Imma wkoll tant u tant postijiet ta' storja u ta' arti. Speċjalment f 'dawn il-ġranet ta' qabel il-Milied, kullimkien ikun imżejjen b'mod speċjali. Wieħed jista' jżur iz-Zoo, il-Palazz Nymphenburg, l- nglish Garden, Die Alte u Die N eue Pinakothek, Id-Deutsches Museum, l- Olympia Stadium, ix-Showroom tal-BMW etc. Il-gwida jgħinkom fl-għażla tal- postijiet.
Filgħodu nitilqu lejn Berchtesgaden, raħal turistiku fil-qalba tal-Alpi Ġermaniżi. Għalkemm qiegħed fil-Ġermanja, imma jinsab qrib ħafna tal-belt Awstrijaka ta' Salzburg, belt imsemmija għall-bini sabiħ tagħha u għallkonnessjonijiet mal-aqwa awturi tal-mużika. Induru r-raħal ta' Berchtesgaden u ninżlu salKonigsee - l-aktar għadira sabiħa fil-Bavarja jew l-għadira Hintersee. Nitilqu lejn Salzburg fejn induru ċ-ċentru tiegħu bil-kastell, il-kattidral, il-pjazez sbieħ, il-ġonna Mirabell u l-Getreidegasse li hi triq medjoevali li llum saret ċentru ta' shopping esklusiv. Lura lejn Munich.
Kollazjon, nippakjaw bil-kwiet u wara lejn l-ajruport. Nitilqu lejn Malta mat- titjira tal-Airmalta tas-12.40pm u naslu għat-2.55pm.