Din il-btala hija vjaġġ fiż Żmien tal-Medjuevu b'atmosfera indimentikabbli! lnżuru Sarroch, Pula, Nara, Barumini, Giara, Marmilla, il-Muntanja Arci u San Sperate Art Village.
Għal dawn l-aħħar 366 sena, kull l-l tà Mejju, tiġi ċċelebrata l-festa tà San Efisju, il-qaddis patrun tà Cagliari, il-kapitali tà Sardinja. Efisju ntbagħat Sardinja minn Ċesari fit-3 Seklu. Meta kien fuq il-baħar fi triqtu lejn il-gżira, ra salib kbir fis-sema u semà leħen li ordnalu biex ikun il-qaddej tiegħu. Għalih din kienet konferma tal-preżenza t'Alla, u malli wasal ikkonverta għall- ristjaneżmu u beda jevanġelizza. Issuċċessur tà Ċesari, Flavjan, għalhekk ordna l-eżekuzzjoni tiegħu. Qabel mewtu, Efisju talab lil Alla biex iżomm lir- esidenti tal-belt siguri mill-għedewwa tagħhom. Minn dakinhar, skont it- twemmin lokali, min jitlob lil San Efisju ġewwa l-ħitan tal-belt, Alla jaqlagħlu l-grazzja.