TYPOLOGIES

Relax

+ 2
DIFFICULTY

MIN. AGE

18 years

995

Żmien l-Ewwel tas-Sena fil-Portugal

lnżuru Porto, Douro Valleg u xi rħula fil-madwar, Fatima, Obidos, Sintra, Cabo da Roca, Euora, Setubal u Lisbona.

It-Tlieta 28 ta' Diċembru

Ninġabru l-ajruport fid-9:00am u nitilqu mar-Ryanair fil-11:30am. Naslu Lisbona fl-l :45pm. Nirkbu l-kowċ u nitilqu lejn l-ewwel waqfa tagħna qabel Porto, Obidos; raħal medjevali affaxxinanti mdawwar b'ħitan għoljin b'toroq dojoq, b'bieb kbir fid-daħla prinċipali tal-belt li hija miksija b'madum tradizzjonali u ma jonqosx il-Kastell Ruman mibni fuq l-għoljiet. Nimxu mir-Rua Direita u nduqu l-Ġinja, xorb alkoħoliku servut f 'tazza żgħira taċ-ċikkulata jew tal-ħġieġ li l-oriġini tiegħu tmur lura għas-Seklu 17. Hawn ikollna ħin liberu biex inżuru l-ħwienet. Mal wasla tagħna Porto nieħdu l- kmamar u mmorru nieklu xi ħaġa fil-qrib tal-lukanda.

L-Erbgħa 29 ta' Diċembru

Illum ser inżuru Porto, din il-belt li tat isimha lill-pajjiż kollu, u li hi meqjusa bħala Wirt Dinji. Naraw l-ogħla kampnar fil-Portugal, għoli 75 metru, iċ-ċentru storiku, il-katidral, pjazez sbieħ, il-librerija ta' Lello, il-knisja ta' San Frangisk u ħafna aktar. Immorru Foz do Douro Promenade fejn naraw xenarju mill-isbaħ u nispiċċaw fil-Villaġġ tal-Milied.

IL-Ħamis 30 ta' Diċembru

Nżuru wieħed mill-isbaħ reġjuni tal-Portugal -id-Douro, meqjus bħala Wirt Dinji tal-UNESCO, fejn jiġi prodott l-inbid famuż Port. Il-wied tad-Douro għandu pajsaġġ uniku maħluq mit-terrazzi tal-vinji. Hawnhekk, ser ikollna l- opportunità li niskopru l-proċess kollu tal-inbid Port u nduquh ukoll! L-ewwel waqfa ser tkun fir-raħal sabiħ ta' Pinhao, li jinsab fil-qalba ta' Alto Douro, Vinhateiro, fejn nieqfu naraw l-istazzjon tal-ferrovija u dan ir-raħal ċkejken, il-veduta ta' qtugħ ta' nifs minn Casal de Loivos u ċ-ċentru ta' Regua, parti mill-belt Peso da Regua, li tinsab ħdejn ix-Xmara Douro u hi meqjusa bħala l- kapitali ta' dan ir-reġjun.

IL-Ġimgħa 31 ta' Diċembru

Lejliet l-Ewwel tas-Sena Wara l-kolazzjon nitilqu bil-bagalji lejn Lisbona u fit-triq nieqfu Fatima. Nidħlu fis-santwarju fejn ser ikollna l-opportunità li nżuru l-bażilika u l-kappella fejn seħħew iddehriet, li nbniet fl-1919. Hawnhekk ħa nitolbu flimkien biex il-Madonna tħarisna matul is-sena l-ġdida. Naslu Lisbona u nieħdu l-kmamar. Nistrieħu ftit u mmorru l-festeġġamenti tal-Aħħar Jum tas- ena fil-pjazza prinċipali.

Is-Sibt L-1 ta' Jannar

Lisbona kienet il-qalba tal-kummerċ internazzjonali ta' materja prima, ħwawar u prodotti oħra, minħabba x-Xmara Tejo. L-ewwel waqfa ser tkun fejn it-Torri ta' Belem, meqjus mill-UNESCO bħala Wirt Dinji, fl-1983. Ħdejn it- orri nsibu l-Padrao dos Descobrimentos, monument fil-forma ta' karavell li jimmarka l-importanza ta' dan iż-żmien. lż-żjara tkompli fil-Monasteru Jeronimos, mibni fl-1502. lnżuru l-ħanut famuż tal-ħelu tipiku ta' Belem u nduquh. Naslu Praca dos Restauradores u naraw l-obelisk, li jfakkar l- indipendenza tal-Portugal minn ma' Spanja fl-1640. Wara nżuru l-istazzjon tal-ferrovija, mibni fl-1887 u l-Praca D. Pedro IV, (Praca do Rossio). Immorru Chiado, li hu wieħed mill-aktar distretti tradizzjonali u eleganti ta' Lisbona, mimli b'kafetteriji, ħwienet u libreriji, naraw Praca do Comercio u Rua Augusta bl-Arco Triunfali, il-knisja ta' Santo Antonio, il-mira ta' Santa Luzia u l-Bairro de Alfama (il-Viċinat ta' Alfama), lokal tipiku Portugiż ta' Lisbona, fejn għadhom ippreservati drawwiet antiki u popolari. Illum ma tonqosx li nisimgħu quddiesa.

IL-PREZZ ta' €995 Bed & Breakfost (għal kull persuna ġo kamra doppja) jinkludi:

• It-titjira bir-Ryanair Lejn Lisbona u Lura
• Hand Bag (40 x 30 x 20ċm), u bagalja ta' 20kg (checked in).
• 3t'iljieli Lukanda Legendary f'Porto
• 4t'iljieli Lukanda Sana Reno f'Lisbona
• Kolazzon kuljum
• Gwida Maltija
• Gwida tal-Post
• Airport Transfers
• L-eskursjonijiet KOLLHA u L-KOWĊ
• L-lnsolvency fee u t-taxxi kollha
• Mhux inklużi L-entraturi ta' siti, kastelli w mużewijiet.

Persuna waħeda f"kamra: ................. €1200
Persuna f'kamra ta' tlieta: ................... €965

Għażla ta' 'half board' inkluż ilma u 'house wine' għal €20 kull persuna kull Lejl. Tista' tagħżel ukoll li tmur Gala Dinner ġor ROYAL PALACE ta' Lisbona għal-Lejliet L-Ewwel tas-sena għal prezz ta' €150 kull persuna li jinkludi t- rasport mill-Lukanda u lura.

IL-Ħadd 2 ta' Jannar

Illum immorru naraw belt żgħira turistika firrivjera Portugiża bl-isem ta' Sintra; mibnija f 'foresta donnha xi post meħud minn xi 'fairytale' tat-tfal. Insibu l- palazz tar-re fuq in-naħa t'isfel, palazz ikkulurit b'ħafna stili ta' tiżjin u arkitettura (dħul extra). Wara Sintra nżuru Cabo da Roca, l-iktar punt imbiegħed tal-Ewropa Kontinentali, fejn hemm diversi speċi ta' għasafar u veġetazzjoni varjata. Hawn insibu l-Fanal, wieħed mill-eqdem tal-kosta Portugiża, imdawwar b'veduti li jaqtawlek nifsek!

lt-Tnejn 3 ta' Jannar

lnżuru l-belt t'Evora li tmur lura għal aktar minn 5,000 sena. Hawn naraw it-Tempju ta' Diana, l-alla tal-kaċċa. Wara mmorru l-Kappella tal-Għadam, li hija parti mill-Knisja ta' San Franġisk u li nbniet mill-Patrijiet Franġiskani lejn l-aħħar tas-Seklu 16. Iż-żjara tagħna tkompli billi nżuru l-katidral imponenti t'Evora. Inżuru Setubal li huwa kkaratterizzat minn port importanti u żona kummerċjali b'ċentru storiku u ġnien enormi. Jinsab fuq ix-Xmara Sado, post li joffri l-aħjar ħut u frott tal-baħar. Mmorru ċentru bil-ħwienet u nagħtu ċans lil min jixtieq jagħmel naqra shopping tal-aħħar.

It-Tlieta 4 ta' Jannar

Fl-4:00am irridu nkunu l-ajruport ta' Lisbona.
Naslu Malta b'titjira mar-Ryanair fl-10:20am.