TYPOLOGIES

Cultural

+ 2
DIFFICULTY

MIN. AGE

18 years

635

Lourdes għal Jum l-Omm

Gwida u Direttur Spiritwali Dun Reno Muscat

Il-Ħadd 8 ta' Mejju

Ninġabru l-ajruport fll-4.30am biex nitilqu fis- 6:15am b'titjira lejn Lourdes li tasal fid-8.45am. Niġbru l-bagalji, nirkbu l-kowċ u mmorru Saint Bertrand- de-Comminges li huwa wieħed mill isbaħ irħula fi Franza. Jinsab fuq għolja żgħira 50 kilometru fix-Xlokk ta' Tarbes fil-Pirinej. Ir-raħal jinsab f'post sabiħ u kwiet, imdawwar bil-widien ħodor u bil-muntanji tal-Pirinej. Huwa mibni fuq belt Rumana, li darba kienet belt kbira msejħa Lugdunum Convenarum, fejn Pompei ħakmet fuq l 0,000 abitant. L-affarijiet inbidlu ftit u r-raħal issa  għandu madwar 250 abitant biss! Naraw il-Katidral li jiddomina dal-villaġġ medjevali u s-swar imdawrin miegħu fejn ma j onqsux id-dj ar mibnijin bl- injam. Wara mmorru Lourdes, jitqassmu l-kmamar u nistrieħu ftit. Wara l- ikla ta' filgħaxija nieħdu sehem fil-purċissjoni 'aux flambeaux' (bixxemgħa f'idejna).

It-Tnejn 9 ta' Mejju

Niltaqgħu kmieni fir-'reception' tal-lukanda sabiex immorru flimkien il-grotta ta' Massabielle għall-quddiesa bil-Malti. F 'din il-grotta, Bernardette Soubirous, tul is-sena 1858, rat lill-Madonna għal 1 8-il darba. Wara l- quddiesa, nieħdu l-kolazzjon u nżuru t-tliet bażiliki. Inżuru l-mitħna Boly fejn twieledet Bernardette fis-7 ta' Jannar 1844 u fejn għexet għal 10 snin. Inżuru wkoll Le Cachot, li huwa ħabs abbandunat li fih kienu jgħixu Bernardette u l-familja tagħha matul iż- żmien tad-dehriet, u l-knisja parrokkjali tar-raħal iddedikata lill-Qalb ta' Ġesu fejn tgħammdet Bernardette. Ikla ta' nofsinhar u wara ħin liberu biex wieħed ikun jista' jdur xi ħwienet li jinsabu f'Lourdes.

It-Tlieta 10 ta' Mejju

Filgħodu nagħmlu l-Via Sagra u quddiesa u wara l-ikla ta' nofsinhar ser nitbgħedu ftit minn Lourdes biex inżuru belt bl-isem ta' Pau, magħrufa għall-ħarir u ċ-cikkulata, li tfisser Pawlu bil-Katalan jew inkella Paċi. It-turiżmu ġo Pau jmur lura għas-Seklu 19, meta kien resort prestiġjuż għall-aristokratiċi minn madwar id-dinja. Belt li tgawdi pożizzjoni eċċellenti bejn il-Muntanji tal- Pirinej u l-Oċean Atlantiku. Mimlija arti u storja, u li rnexxielha tippreserva l- irt tagħha li jikkonsisti f'bini antik, palazzi differenti, vilel, mużewijiet, u kastell mill isbaħ. Pau hu l-post tat-twelid ta' Enriku IV ta' Franza (1553), li rrenja milI- 1589 sal-1610. Issa l-post fejn twieled sar mużew nazzjonali u fih kollezzjoni fina tal-arazzi tal-Gobelins. Nieklu l-lukanda.

PREZZIJIET FULL BOARD għal kull persuna
Adult f'kamra ta' 3 persuni ................. €635
Adult f'kamra ta' 2 persuni ................. €655
Adult f'kamra ta' l persuna ................ €735

IL-PREZZ JINKLUDI:
• Titjira bir-Rynair sa Lourdes u lura
• Hand Bag (40 x 30 x 20ċm), bagalja 10kg (55 x 40 x 23ċm)
• Transfers mill-ajruport sal-lukanda Astoria Vatican f'Lourdes u lura
• 4t'iljieli f'Lourdes b'4 kolazzonijiet, 3 ikliet ta' nofsinhar u 4 ikliet ta' filgħaxija
• L-eskursjonijiet barra minn Lourdes ta' St. Bertrand-de-Commings u Pau
• Direttur Spiritwali
• L-lnsolvency fee u t-taxxi kollha.

Mhix inkluża fil-prezz; Id- donazzjoni ta' €10 għas-santwarju. Entraturi fil-mużewijiet u ċ-ċuċċu trejn u l-kastelli.

L-Erbgħa 11 ta' Mejju

Wara l-kolazzjon nitilqu għall-quddiesa internazzjonali li ssir fid-9:30am fil- bażilika San Piju X, flimkien ma' ħafna pellegrini mid dinja kollha. Wara l- quddiesa ninġabru taħt l-istatwa tal-Madonna għal ritratt flimkien tal-grupp kollu b'tifkira tal-pellegrinaġġ. Wara l-ikel inħalluh liberu għal min irid jara xi mużewijiet milli hemm f'Lourdes dwar l-istorja tad-dehriet. Wieħed jista' jżur il-fortizza jew jirkeb iċ-ċuċċu trejn u jdur dawra ma' Lourdes u l-inħawi tal-qrib. Wara l-ikla ta' filgħaxija immorru nieħdu bibita flimkien.

Il-Ħamis 12 ta' Mejju

Kolazzjon u noħorġu mill-kmamar tal-lukanda, nitilqu lejn l-ajruport biex naqbdu titjira lejn Malta minn Lourdes li titlaq fl-10:05am u tasal Malta fis- 12:35pm.