TYPOLOGIES

Cultural

+ 1
DIFFICULTY

MIN. AGE

10 Years, 18 years

895

Las Fallas - Festa Kbira F'Valencia, Spanja

Kull sena f 'Marzu, Valencia tilqa' bi ħġara ċelebrazjonijiet tal-Fallas, festa li tgħaqqad it-tradizzjoni is-satira u l-arti li jagħmluha unika fid-dinja!

lnżuru wkoll Teruel, Albarracin, Algar Waterfalls, il-belt turistika ta' Elche, il-belt tant magħrufa ta' Alicante u Madrid.

It-Tlieta 15 ta' Marzu

Ninġabru l-ajruport fl-4 ta' waranofsinar u naqbdu titjira mar-Ryanair fis- 6:35pm lejn Bergamo. Wara 'connection flight' lejn Valencia fejn naslu fin- 2:30am. Nirkbu l-kowċ u nitilqu lejn il-lukanda u nieħdu l-kmamar.

L-Erbgħa 16 ta' Marzu

Nibdew l-avventura tagħna billi nivvjaġġaw fil-ħin! Ser nerġgħu ngħixu żminijiet imbiegħda li fihom l-Moorish u l-Kristjani ġġieldu fuq ilfruntiera. Nisimgħu bl-istorja eċċitanti u traġika tal-Lovers ta' Teruel; storja ta' mħabba Spanjola awtentika li ġrat 350 sena qabel Shakespeare kiteb Romeo & Juliet. Niskopru l-arkitettura Mudejar li hija Wirt Dinji u l-frott li ħallew iċ-ċiviltajiet fi Teruel. Inżuru wkoll il-Katidral ta' Santa Marija de Mediavilla. Moħbija fost ilmuntanji, inżuru wkoll il-belt imdawra bis-swar ta' Albarracin; belt majestuża u indipendenti. Din hija bla dubju waħda mill-isbaħ bliet fl Ewropa. Mibnija fuq blat għoli u protetta minn xmara, tħossok qisek qed tgħix ġo era oħra.

Il-Ħamis 17 ta' Marzu

Il-qofol tal-festa jibda jintlaħaq mil-lum, fejn ħafna mill-karrijiet fil-pjazez ikunu armati lesti u jibdew il-purċissjonijiet tal-Falleras, li għal din l-okkażjoni jilbsu kostumi mill-aqwa u flimkien mal-banda tal-marċ tagħhom, nhar is-17 u t-18 ta' Marzu, jieħdu sehem f 'serbut twil, solennament, b'devozjoni kbira, tul il-ġurnata kollha, fit-toroq tal-belt iżommu fjuri għall-Verġni Marija f' idejhom. Mhemmx età, razza jew abiltà, kulħadd jista' jieħu sehem fil- purċissjoni li tikkonsisti f 'madwar l 50,000 membru tad-diversi organizzazzjonijiet Falleras. Dan jammonta għal madwar 13% tar-residenti ta' Valencia. Il-qofol jintlaħaq meta jaslu fil-pjazza tal-katidral, Plaza de la Virgen, fejn insibu statwa ġganteska ta' 14-il metru tal-Verġni Marija u bil-fjuri tagħhom jiffurma il-libsa tagħha. Kull sena, id-disinji tal-libsa ta' din l-istatwa jinbidlu. Din hija magħrufa bħala La Ofrenda li tfisser l-offerta. F'dan il-kas tikkonsisti f ' ammont spettakolari u enormi ta' bukketti ta' fjuri. Filgħaxija ssir il-mixgħela tat-toroq u l-logħob tan-nar tal-kulur.

Il- Ġimgħa 18 ta' Marzu

Illum inżuru tliet postijiet pittoreski: Algar Waterfalls, il-belt turistika ta' Elche u l-belt tant magħrufa ta' Alicante. Il-Fuentes del Algar huma sensiela ta' pixxini naturali u kaskati li ma tantx tara bħalhom. Importanti li nkunu lebsin żraben komdi minħabba l-blat. Xi 300,000 siġra tal-palm protetti jeżistu f 'Elche, wirt tal-ġardinara Feniċi tas-Seklu 6, għalkemm il-belt hija aktar antika. Dawn idawru l-banek tax-Xmara Vinalop6, flimkien ma' bini mill-aktar sabiħ ta' Elche. Dan huwa post eżotiku ta' teżori arkeoloġiċi, mużewijiet, koppli Moorish u knejjes sbieħ. Postijiet bħall-arkati tal-ġebel tal- anjijiet Għarab, ġonna artistiċi bħal Huerto del Cura, u l-fdalijiet ta' La Alcudia, minbarra l-ġmiel tal-kosta. Alicante hija wkoll magħrufa għall-veduti tagħha. Immorru l-Waterfront Plaza Puerta del Mar, nimxu l-Explanada de Espana, li tgawdi veduti panoramiċi, induqu l-birra lokali u nżuru l-Kastell ta' Santa Barbara u l-Prokatidral ta' San Nicolas de Bari. Filgħaxija mmorru l- jazza nkomplu ngawdu l-festa.

IL-PREZZ ta' €895 Bed & Breakfast (għal kull persuna ġo kamra doppja) jinkludi:

• lt- titjiriet kollha msemmija bir-Ryanair.
• Hand Bag (40 x 30 x 20ċm), u bagalja ta' 10kg (55 x 40 x 23ċm)
• 5t'iljieli ġol- lukanda Olympia
• Lejl ġo lukanda f'Madrid
• Kolazzjon kuljum
• Il-fost train għal-Madrid
• Gwida Maltija
• Walking tour ta' Madrid minn gwida tal-post
• Airport Transfers
• L-eskursjonijiet KOLLHA u l-kowċ
• L-lnsolvency fee u t-taxxi kollha
• Mhux inklużi l-entraturi ta' kastelli, birreriji u mużewijiet.

Persuna waħeda f'kamra: .................. €1015
Persuna f'kamra ta' tlieta: ................... €795

ls- Sibt 19 ta' Marzu

Jum il-festa. Filgħodu fl-10 ikun hemm ċelebrazzjoni ħdejn l-istatwa tal-ġebel ta' San Gużepp. Waranofsinhar jitħabbru r-riżultati tal-karrijiet. Fis-7pm tibda l- abalgata del Fuego (il-parata tan-nar), li titlaq minn Calle Colon sa Porta de la Mar; festa ta' fjammi, mużika u żfin! Fl-10pm jibdew jinħarqu l-karrijiet ż-żgħar u f 'nofsillejl jinħarqu l-karrijiet il-kbar fil-pjazez. Fis-1am jinħaraq il-karru tal- pjazza principali.

Il-Ħadd 20 ta' Marzu

Wara l-kolazzjon nippakjaw u nerħula lejn Madrid bil- 'fast train' li tieħu madwar siegħa u nofs. Naslu Madrid, immorru l-lukanda u nieħdu l-kmamar. Illum għandna 'walking tour' interessanti ta' Madrid minn gwida tal-post li ser teħodna wkoll nieklu f 'restorant tipiku.

lt-Tnejn 21 ta' Marzu

Filgħodu ħin liberu f 'Madrid u waranofsinhar naqbdu l-kowċ li teħodna l- ajruport biex naqbdu t-titjira li titlaq fil-5:10pm. Naslu Malta fit-7:50pm.