lnżuru wkoll Cardona, il- Monasteru ta' Monserrat, Maresa, Barcellona, Tarragona, Ġirona u it- Teatru Mużew Dali ġo Figueres.
Cultural
10 Years, 18 years
lnżuru wkoll Cardona, il- Monasteru ta' Monserrat, Maresa, Barcellona, Tarragona, Ġirona u it- Teatru Mużew Dali ġo Figueres.
Ninġabru l-ajruport fl-12:00pm, nitilqu mal-Vueling Airlines fls-14.15pm. Naslu Barcellona fl-16:2Spm. Nirkbu l-kowċ u nitilqu lejn Sitges (nofs siegħa bogħod) u mmorru fil-lukanda fejn nieħdu l-kmamar. Noħorġu fit-toroq tà Sitges nieħdu bibita flimkien.
Fil-breakfast tingħataw programm tal-avvenimenti tal-Karnival. Dal-għodu għandna 'siteseeing tour' minn gwida tal-post li ser tgħidilna wkoll kif beda dan il-karnival daqs 100 sena ilu. Sitges hija belt mal-kosta Mediterranea li taf l-oriġini tagħħa bħala villaġġ tas-sajd, naddu mill-parti l-qadima u naraw veduti sbieħ kemm tal-baħar kif ukoll tal-muntanji fil-qrib. Nmorru Port Aiguadolc, u mbagħad nimxu 'l isfel fil-famuż Paseo Maritimo. Wieħed jistà mbgħad igawdi l-paella jew il-fideua f 'ristorant tipiku Katalan. Jekk tixtieq, tistà ddur ukoll il-ħafna ħwienet u boutiques uniċi li Sitges għandha x'toffri.
Qaddis li propju huwa sinonomu ma dawn l-inħawi huwa San lgnazju tà Layola. Illum ser niddedikaw ġurnata għalih, ser immorru il-Monasteru tà Montserrat li twaqqaf fis-seklu 11 minn patri Oliba u wara Maresa fejn 1522 San Ignazju niżel bil-mixi u qattaħdax -il xhar ġo għar fejn propju kellu żjara minn Ġesu' nnifsu. Bħalissa f ' Montserrat hemm komunità ta 'xi tmenin patri Benedittin li huma ddedikati fundamentalment biex japprofondixxu l- sperjenza reliġjuża tagħhom, jaħdmu u jagħtu kenn lill-pellegrini. Il-knisja saret bażilika fl-188 l mill-Papa Ljun XIII, u hawn hija meqjuma l-immaġni tal-Madonna tà Montserrat, il-patruna tal-Katalonja, magħrufa wkoll bħala l- oreneta (Verġni Mdallma) minħabba l-kulur ta 'wiċċha u idejha, u tat-tarbija, Ġesu, li hi żżomm f 'ħoġorha.
Illum se tkun ġurnata ddedikata għal Karnival biex inkunu nistaw ingawdu l-parata u l-avvenimenti f ' Sigtes. Il-Karnival ta' Sitges huwa magħruf bħala wieħed mill-aqwa għaxar ċelebrazzjonijiet tal-karnival fid-dinja. Huwa meqjus bħala wieħed mill-iktar sikuri u ħaġa oħra li togħġobna dwar dan il-Karnival hija li jagħmlu enfasi kbira fuq mużika live b'parteċipazzjoni ta' ħafna gruppi tà mużika bħal Markatu Batucada u Sabor a Xocolat.
Cardona hija belt bi Knisja Gotika dominanti, il-knisja tà San Migel, b'kampnar Romanesk u bini fortifikat tas-seklu 9 li darba kien taverna. lnżuru l-palazz tà Graells bit-twieqi sbieħ tiegħu mimlijin arkati medjevali, il-Graells Gate u l-Plaza del Vall. lż-żewġ pjazez ewlenin fil-belt huma l-Pjazza Santa Eulalia u l-Pjazza Mercat ittnejn li huma għandhom galleriji b' arkati attraenti fit-truf Dil-belt bdiet tiżviluppa mis-seklu 11 meta kien hemm suq fil-qiegħ tal- kastell. Fuq għolja naraw l-akbar fortifikazzjoni medjevali fil-Katalunja, il- kastell impressjonanti tà Cardona. Fih elementi kemm mill-perjodu Romanesk kif ukoll mill-Gotiku, il-kastell illum huwa boutique hotel. Żjara mhux tas- soltu ser tkun ġol-muntanja tal-melħ li hijja biss kilometru l-bogħod minn Cardona. Ninżlu sa fond tà 86m u naraw ilforom affaxxinanti tad-depożiti tal- elħ f 'dan is-sit uniku. L-għar għandu formazzjonijiet bħal stalagtites u stalagmites maħluqa bil-melħ u l-mini huma mixgħula biex jenfasizzaw issbuħija tal-formazzjonijiet. Wara se mmorru Tarragona li tagħmel parti mill- Costa Dorada tà Spanja. Hawn se naraw il-kumpless arkeologiku Ruman tà Tarraco li sabu li ilu jeżisti mit-tielet seklu QK, iddikjarat bħala Sit ta' Wirt Dinji mill-UNESCO.
• It-titjira lejn Barċellona u lura bil-Vueling Airlines
• Hand Bag (40 x 30 x 20ċm), bagaija ta' 25 kg (checked in)
• 5t'iijieli ġo lulkanda f'Sitges
• 2t'iijieli ġo lulkanda f'Barċellona
• Kolazzjon kulijum
• Gwida Maltija
• Gwida tal-Post
• Airport Transfers
• L-esl<ursjonijiet KOLLHA u l-KOWĊ
• L-lnsolvency fee u t-taxxi kollha
• Mhux inlklużi l-entraturi ta' kastelli, siti u mużewijiet.
Persuna waħedha f'kamra: ............... €1100
Persuna f'kamra ta' tlieta: ................... €855
Għażla ta' 'half board' għal €20 żejda kull Lejl, mingħajr inbid
Wara l-Breakfast sejrin Barċellona u ser nieħdu l-bagalji magħna. Wara li naslu u nqiegħdu l-bagalji fil-lukanda nirkbu bus li ser toħodna naraw diversi siti fosthom Placa Catalunya, Casa Lleo Morera, Casa Amatller , Casa Batllo, Casa Milà, il-famuża Pedrera ta' Gaudi, l-kwartier Gotiku, Placa Sant Jaume,
fejn is-City Hall u s-sede tal-gvern Katalan, il Palau de la Generalitat, Placa del Rei u l-knisja impressjonanti ta 'Santa Maria del Mar w ovvjament is-Sagrada Familia.
Jekk inti fan ta 'Game of Thrones' ħa tagħraf it-toroq tal-ġebel griż tà Ġirona li dheru fis-Sitt Staġun meta tidher bħala Braavos. Tinsab bejn Barċellona u Costa Brava, b'ħitan medjevali, toroq dojoq, u wieħed mill-Kwartieri Lhud l-aħjar ippreservati fl-Ewropa. Wara sejrin Figueres, il-kapitali dinjija tas-surrealiżmu.
Ħawn se nżuru t-Teatru-Mużew Dalf, li fiħ l-akbar kollezzjoni tax-xogħlijiet tal- artist.
Kolazzjon u nqiegħdu l-bagalji fil-coach u nmorru l-airport f ' Barcellona biex fil-11 :30am nitilqu u naslu Malta mal-Vueling fis-13:35pm.