TYPOLOGIES

Relax

+ 2
DIFFICULTY

MIN. AGE

10 Years, 18 years

815

l-Għid fil-Polonja

L-Għid hija l-eqdem u l-aktar festa Nisranija importanti fil-Polonja, barra t-talb u t-tberik tal-ikel ġol-knejjes, il-familji jiltaqgħu fl.imkien minn kmieni filgħodu 'Ħadd il-Għid fejn il-mejda tal-ikel fid-djar tkun il-ħin kollu mimlija ikel u jibdew bil-kolazzjon. L-aktar importanti jkun li jittiekel l-ikel kollu li jkun tbierek il-ġurnata ta' qabel. lnjuru Krakow, is-Santwa,ji tal-Madonna ta' Csestochowa u tal-Ħniena Divina, Wadowice, il-Minjieri tal-Melħ Wieliczka, Wroclaw u Posnan.

Il-Ġimgħa 15 ta' April

Il-Ġimgħa l-Kbira - Niltaqgħu l-ajruport tà Malta fis-7 ta' filgħodu. Naslu Krakow mattitjira tar-Ryanair fin-12:30pm. Krakow hija waħda mill-aqwa destinazzjonijiet tal-Għid fl-Ewropa. Il-kowċ teħodna l-lukanda, nieħdu l- mamar u noħorġu dawra fiċ-ċentru tà din il-belt turistika, li l-UNESCO ddikjaratha bħala Wirt Dinji. Inżuru l-knisja tà Marija Verġni, bl-akbar altar magħmul mill-injam.

Is-Sibt 16 ta' April

Sibt il-Għid - Bħal-lum il-Pollakki jippreparaw qfief tradizzjonali tal-Għid imżejnin bil-bizzilla li jittieħdu l-knisja biex jitbierku qabel ma jittieklu fl- Għid. Ma jistax jonqos il-bajd tal-Għid magħruf bħala 'pisanki' li huwa bajd iebes bil-qoxra, miżbugħ ( tradizzjonalment bil-qxur tal-basal) u mżejjen bl- idejn mill-familji minn qabel. Mà dawn il-bajd jiżdiedu, f 'porzjonijiet żgħar: zalzett, ħobż, melħ, pitravi, horseradish u ħaruf, u ikel simboliku magħmul mill-għaġina bil-ħaruf li jissimbolizza l-qawmien mill-imwiet tà Ġesu. Nistednukom biex iżżuru s-suq tal-Għid u dduqu l-Oscypek, ġobon affumikat tal-muntanji għall-bejgħ fis-suq ma' ħafna affarijiet oħra tal-ikel u tiżjin. Filgħaxija jistà jkun niltaqgħu mà purċissjonijiet tà nies bis-slaleb ikantaw 'Hallelujah'.

Il-Ħadd 17 ta' April

L-Għid il-Kbir - llum inżuru l-belt ta' Czestochowa u wieħed mill-akbar ċentri ta' pelegrinaġġi Marjani għad-dinja Nisranija, li fih matul is-sena jmorru mal-5 miljun pellegrin u turist jaraw u jqimu x-xbieha mirakoluża tal-Madonna s-Sewda, li għandha storja li teħodna lura fl-l 4-il Seklu. Dan huwa l-monasteru tà Jasna Gora (Santwarju Marjan), wieħed mill aktar monumenti importanti għall-Polakki. Hawnhekk nisimgħu l-quddiesa tal-Għid. Lura lejn Krakow. Ħin liberu.

It-Tnejn 18 ta' April

Niskopru iktar il-belt tà Krakovja u nitilqu lejn Zwierzyniec, il-kunvent tal-Ordni tà San Norbertu, iktar magħruf bħala l-Monasteru Norbertin. Hawn insibu fiera oħra kemxejn differenti fejn jbiegħu qniepen tat-tafal (biex iħarsu kontra l-ispirti ħżiena), mudelli tal-għasafar (biex jirrappreżentaw l-erwieħ)
u ħafna affarijiet magħmulin bl-idejn. Wara mmorru l-Wavel Royal Castle li kien residenza tar-rejiet Polakki, u l-katidral mibni fuq stil Gotiku. Krakovja tħabbatha mal-isbaħ ibliet tal-Ewropa ċentrali għall-varjetà u r-rikezza li għandha. It-Tnejn wara l-Għid huwa magħruf ukoll bħala Jum id-Dyngus jew 'Wet Monday; li huwa ddominat minn tfiħ tal-ilma fil-pubbliku u kulħadd jingħata 'carte blanche' biex ixxarrab lil kull min jara bl-ilma!

It-Tlieta 19 ta' April

Wara l-kolazzjon inżuru Wadowice, fejn twieled il-maħbub qaddis Papa Ġwanni Pawlu II lnżuru l-parroċċa u d-dar fejn kien jgħix, li saret mużew, u Kalwaria Zebrzydowska, is-santwarju li kien ħafna għal qalbu. Wara nofsinhar inkomplu nipparteċipaw f 'aktar tradizzjonijiet, immorru lejn iż-żona tà Podg6rze għall-Krakus Mound u l-knisja ta' San Benedicts fuq l-għoljiet tà Lasota fejn insibu l-Festival Rekawka. Min ikun jixtieq imur il-kamp tà konċentrament ta' Auschwitz jgħidilna u nirranġawlu wkoll it-trasport (ħlas extra).

ll-Prezz ta' €815 Bed & Breakfast (għal kuLL persuna ġo kamra doppja) jinkludi:

It-titjira bir-Ryanair Lejn KraRow
• It-titjira bir-Ryanair Lura Lejn Malta minn Poznan
• Hand Bag (40 x 30 x 20ċm), bagalja 10kg (55 x 40 x 23ċm)
• 6t'iljieli fil-Lukanda Wyspianski
• Lejl f'Wroclaw
• Kolazzjon kuljum
• Gwida Maltija
• Airport Transfers
• L-eskursjonijiet KOLLHA u L-KOWĊ
• L-lnsolvency fee u t-taxxi kollha
• Mhux inklużi l-entraturi għall-mużewijiet, kastelli u siti storiċi.

Persuna waħeda f'kamra: ................... €945
Persuna f'kamra ta' tlieta: ................... €785

Għażla ta' 'half board' għal €20 żejda kull lejl, mingħajr inbid

L-Erbgħa 20 ta' April

L-eskursjoni tal-lum teħodna naraw l-aktar minjieri tal-melħ spettakolari fid-dinja. Dawn huma l-aktar minjieri qodma fl-Ewropa. F'dawn il-minjieri nsibu diversi skulturi tal-melħ u kurituri twal li jwasslu sa 300 kilometru. Dawn huma wkoll imniżżla fil-'First World List of Cultural and Natural Heritage'. Wara nofsinhar inżuru s-Santwarju tal-Ħniena Divina, knisja moderna u devota fil- eriferija tà Krakow.

Wednesday Il-Ħamis 21 ta' April

Nitilqu minn Krakow u mal-lejl norqdu Wroclaw, li għandha waħda mill-ikbar u mill-isbaħ pjazez fl-Ewropa. Illum hija belt Pollakka, imma sa 60 sena ilu kienet belt Ġermaniża bl-isem tà Breslau. Mibnija fuq numru tà gżejjer magħqudin mà xulxin b'pontijiet. T kissret filgwerra, imma reġgħet inbniet b'mod sabiħ, filwaqt li ħafna mill-bini storiku ġie rrestawrat kif kien qabel. Fiha ċentri bi ħwienet kbar u ristoranti b'ħafna ħajja. Malli naslu npoġġu l- agalji fil-lukanda u mmorru dawra mà gwida tal-post. Filgħaxija nieklu xi ħaġa flimkien.

Il-Ġimgħa 22 ta' April

Filgħodu, wara l-kolazzjon, nitilqu lejn Poznan, inħallu l-bagalji fil-kowċ u nirkbu 'electric car' li teħodna dawra mal-belt. Ħin liberu biex nieklu xi ħaga u wara nerħula lejn l-ajruport fejn b'titjira tar-Ryanair nitilqu fit-8:0Spm u naslu Malta fl-10:55pm.

Tour Map