TYPOLOGIES

Relax

+ 2
DIFFICULTY

MIN. AGE

10 Years

495

Il-Festa ta' San Nikola ta' Bari

Ikel tajjeb, folklor, bini mill-isbaħ u bliet mhux bħal tas-soltu. Barra l-festa ser inguru Alberlobello, l-Għerien ta' Castellana, Polignano Al Mare, Matera, Sammichele Di Bari u Monopoli.

Is-Sibt 7 ta' Mejju

Niltaqgħu l-ajruport fid-9:00am mnejn naslu fl-ajruport ta' Bari, Karol Wojtyla, fin- 1 2.35pm b'titjira diretta mal-Air Malta. Bil-kowċ naslu l-lukanda, jitqassmu l-kmamar u niltaqgħu firreception biex noħorġu dawra maċ-ċentru talbelt. Il-belt-port ta' Bari li taf l-oriġini tagħha lill-immigranti Griegi ta' 2,000 sena ilu, qiegħda fuq ix-xifer tal-Baħar Adrijatiku li jħares lejn il-Greċja. Fil-preżent din il-belt għandha popolazzjoni ta' 320,000 ruħ. Fiha toroq twal, sbieħ u organizzati, xogħol tal-iżvilupp ta' wara 1- 1 920, u fiha wkoll toroq dojoq u jserrpu wirt tal-iżvilupp antik taċ-ċentru oriġinali tal-belt. Passiġata f'Corso Emanuele, Corso Cavour, Via Sparano u Via Manzoni fid- istrett tax-xiri fejn nieqfu għal kikkra Kafe tajba. Ingawdu l-mixja tul il-Lungo Mare u wara nżuru l-Bażilika ta' San Nikola, li hija binja ta' 900 sena ilu, bl- statwa famuża ta' San Nikola u l-kripta bil-fdalijiet tiegħu. Filgħaxija nattendu għall-ispettaklu fil-pjazza.

Il-Ħadd 8 ta' Mejju

Jum il-Festa ! Naraw il-Lancio di Diane li huwa spettaklu pirotekniku filgħodu, u wara nattendu għall-quddiesa tal-festa. Wara nitilqu lejn Matera, belt li fl- l 993 ġiet magħżula millUNESCO bħala belt ta' wirt dinji. Din ukoll hija belt li fiha s-sorpriżi tagħha. Fl-imgħoddi mhux bogħod ħafna kienet maqsuma f' żewġ taqsimiet; in-naħa ta' fuq, kienu joqogħdu s-sinjuri u fl-għelieqi tal-wied ta' taħt il-belt kien joqogħdu l-bdiewa u l-foqra. Il-ġebla tal-belt hija ġebla ratba ħafna u fiha n-nies il-foqra ħaffru mijiet ta' għerien u kmamar li kienu jgħixu fihom. Ħaffru l-knisja, il-ħwienet u l-għerien għall- hejjem - qisha presepju. Illum hija atrazzjoni turistika mill-aqwa. Flimkien mal-gwida nduru l-parti prinċipali. Wara nżuru l-inħawi ta' Sammichele Di Bari. Il-qaddis patrun huwa l-arkanġlu San Mikiel u dawn huma nħawi magħrufin għall-ikel tipiku tal-post imsejjaħ 'zampina' fejn sid ir-ristorant li jsajjar din ir-riċetta huwa wkoll issid tal-ħanut tal-laħam, u għalhekk tista' tagħżel il-biċċa laħam li trid u jsajruhielek dak il-ħin.

It-Tnejn 9 ta' Mejju

Fid-9am nitilqu mil-lukanda lejn il-belt ta' Alberlobello, belt li fiha dehra mhix tas-soltu minħabba ċ-ċentru tagħha mżejjen b'aktar minn elfejn dar mibnijin bis-soqfa qishom kopplilembut u li jsejħulhom Trulli. Ambjent miżmum tajjeb u nadif, u b'dehra ġdida li tagħtik pjaċir. Mhux biss id-djar, imma anke l- knisja u ħafna ristoranti huma mibnijin istess għamla. Inżuru wkoll l-Għerien ta' Castellana, dehra naturali tal-għaġeb li huma formazzjoni fil-blat ta' madwar 90 miljun sena ilu. Lura lejn Bari. Min jixtieq jista' jibqa' mal-gwida biex iżur il-Kastell Svevo, mibni mir-Re Ruġġieru, neputi tal-Konti Ruġġieru li ħa lil Malta minn taħt l-Għarab u qiegħda taħt il-ħakma tan-Normanni. lnżuru wkoll il-Katidral ta' San Sabino.

IL-PREZZ ta' €495 Bed & Breakfast (għal kull persuna ġo kamra doppja) jinkludi:

• It-titjira mal-Malta Air Lejn Bari u Lura
• Basktijiet (40 x 30 x 20ċm), bagalja 10kg (55 x 40 x 23ċm)
• 4t'iljielii il-Lukanda Excelsior
• Kolazzjon kuljum
• Gwida Maltija
• Airport Transfers
• L-esi'lursjonijiet KOLLHA u L-kowċ
• L-lnsolvency fee u t-taxxi kollha
• Mhux inklużi l-entraturi għall-mużewijiet u l-kastell.
Persuna waħeda f'kamra: .......... ....... €660
Persuna f'kamra ta' tlieta: ................... €560

Għażla ta' 'half board' għal €20 żejda kull lejl, mingħajr inbid.

It-Tlieta 10 ta' Mejju

Filgħodu mmorru fir-raħal ħelu ta' Monopoli u wara nżuru belt żgħira sabiħa f'xifer il-baħar jisimha Polignano Al Mare, magħrufa l-aktar għal Domenico Modugno li twieled hemm u li għandu monument sabiħ ikanta l-Volare-oh-oh.
Din il-belt taf il-bidu taghha madwar elf sena ilu fi żmien l-Għarab u n- normanni. Aħna u sejrin lura Bari nieqfu ċ-ċentru kummerċjali Mongolfiera Santa Caterina għax-shopping u wara kulħadd jista' jmur ikompli jagħmel ix- xiri f'Bari j ew jippassiġġa max-xatt jew fiż-żona storika tal-belt.

L-Erbgħa 11 ta' Mejju

lnqumu u nieħdu l-kolazzjon, nitilqu lejn l-ajruport ta' Bari fl- 10:30am u naslu lura Malta fis-2:30pm mal-Air Malta.

Tour Map